Fl-aħħar jiem ġew imħabbra t-tariffi imposti mill-President Amerikan Donald Trump fuq l-Ewropa; dazji ta’ 20% li żgur se jolqtu anke lil Malta.
Filwaqt li diversi mexxejja fl-Unjoni Ewropea kellhom kliem iebes quddiem id-deċiżjoni meħuda mill-President Amerikan, il-Gvern Malti ħass li bħal donnu kellu jibqa’ gallarija mingħajr ma jiżbilanċja ruħu – mingħajr ebda kundanna quddiem dan kollu.
It-Tnejn waranofsinhar Net News tkellem mal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana fejn intalab jispjega kif dan kollu se jaffettwa lil pajjiżna – bil-Ministru jgħid li bħalissa għadna f’fażi sensittiva.
Mistoqsi dwar liema prodotti jistgħu jiġu affettwati, il-Ministru spjega li saħansitra jaf naraw prezzijiet ta’ aġġeġġi bħal mobiles li jiżdiedu b’50%.
Meta staqsejna x’se jkun qiegħed jagħmel il-Gvern biex jilqa’ għal din il-gwerra tat-tariffi, il-Ministru Caruana sostna li Malta tagħmel parti mis-suq waħdieni u għaldaqstant il-Gvern se jkun qiegħed jimxi mal-kontro-risposta tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iddeskriva dawn it-tariffi imposti mill-Amerikani bħala pass lura għal kulħadd filwaqt li insista li qiegħed jistenna li l-Gvern Malti jadotta pożizzjoni b’saħħitha biex jiddefendi kemm lill-industriji kif ukoll lill-konsumatur.
//= $special ?>