Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu mal-Professur Lino Briguglio. Ma’ Lino Briguglio se nkunu qed nitħaddtu dwar il-ħidma politika tiegħu, l-involviment tiegħu fil-Partit Laburista u kif ukoll it-twaqqif tal-ewwel Partit tal-Ħodor f’Malta.

“Kien hemm grupp ta’ nies li kienu hemm għall-meeting tal-Labour, li qabdu jsawtu lil żewġ Ingliżi – dan kollu għax ixxutjaw lejhom bott tal-ħalib”
Mal-Professur Briguglio se nitkellmu dwar il-ħidma tiegħu fil-kuntest akkademiku hekk kif il-profil kien ukoll awtur ewlieni fi tliet rapporti tal-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), b’enfasi fuq il-gżejjer żgħar u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Ir-raba’ rapport tal-IPCC, li fih huwa kien involut direttament, rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi fl-2007.
PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
//= $special ?>