Sport

Qormi Daikin isaħħu l-ewwel post wara rebħa faċli

Fl-unika logħba li kellna mill-kampjonat nazzjonali tal-Hockey, Qormi Daikin għelbu lil White Hart 12-1.

Kif jindika l-iskor, it-tim immexxi minn Andre Ghio ddomina mill-bidu sal-aħħar din il-partita sabiex kiseb żewġ punti oħra li ħallewhom fl-ewwel post tal-klassifika b’ċans li jirbħu l-kampjonat.

Singh Sandhu kien ta’ ispirazzjoni għall-Qriema meta skorja erba’ gowls, Luke Bajada kien awtur ta’ tripletta personali filwaqt li Juan Sarcia skorja doppjetta. Steve Tanti, Shaun Dimech u Nathan Pace Gasan żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Tamas Kok skorja l-uniku gowl għal White Hart.

Umpires kienu Dario Cacopardo u Alessandro Amore.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY

Qormi Daikin 12; GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 9; Floriana Young Stars 5; White Hart 0.

KLASSIFIKA – L-AQWA SKORERS

Luke Bajada (Qormi) 22 gowl; Christ Agius (Żurrieq) 12-il gowl; Julian Zahra (Qormi), Kyle Micallef (Qormi) 9 gowls.