Riżultat mill-aqwa fit-tennis permezz ta’ FRANCESCA CURMI. Riżultati li permezz tagħhom f’Nantes fi Franza waslet sal-finali tad-W50 Nantes – Engie Open Nantes Atlantique.
Curmi fetħet it-Tournament b’rebħa fuq Noel Mallaurie ta’ Franza fejn rebħet 6 – 1 ; 6 – 4. Fit-tieni rawnd kontra Hanuka Kali tal-Ġappun b’ranking 227. Curmi rebħet 7 – 6 ; 6 – 1 sabiex għaddiet għal kwartifinali.
Fil-kwarti finali għelbet u eliminat lil Anna Lena Friedsam tal-Ġermanja seed numru 35 f’żewġ sets 6 – 1 ; 7 – 6 . Din ir-rebħa kienet il-100 rebħa fil-karriera għal Francesca Curmi.
Fis-semifinali f’partita mill-isbaħ kontra Sofia Costoulas tal-Belġju, wara li rebħet l-ewwel set 6 – 3 tilfet it-tieni wieħed 6 – 1 iżda rebħet dak deciżiv 6 – 4 biex għaddiet għall-finali.
Fil-finali kontra Talia Gibson tal-Awstralja, wara li Curmi rebħet l-ewwel set 6 – 3 waslet ir-reazzjoni minn Gibson li rebħet it-tieni set 7 – 5 u eventwalment dak deċiziv 6 – 1 .
Finalista f’Nantes huwa bla dubju wieħed mill-aqwa riżultati fl-isport lokali għall-2025 li jikkonferma wkoll il-potenzjal ta’ Francesca Curmi li aktar kmieni kienet protagonista fl-Open ta’ Helsinki.
//= $special ?>