L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandha seba’ applikazzjonijiet għall-estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti jew lukandi ġodda fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar (Buġibba, Qawra u Xemxija)
Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru Ian Borg għal mistoqija tad-deputat Nazjonalista Robert Cutajar.
L-isfidi fit-turiżmu tkellem dwarhom dan l-aħħar il-President tal-MHRA Tony waqt il-programm NET Live wara li kien ippubblikat il-Carrying Capacity Report li sar mill-kumpanija Deloitte flimkien mal-MHRA dwar il-bżonn li naraw kemm pajjiżna jista’ jlaħħaq mad-domanda tat-turisti li jżuru Malta.
Ir-rapport kien semma’ fost l-oħrajn l-isfidi marbuta mal-infrastruttura, il-carrying capacity, u ż-żieda fil-popolazzjoni. Dawn kienu kollha temi li kienu tratti f’dan ir-rappot.
//= $special ?>