Futbol Sport

Tarxien Rainbows punt biss bogħod minn ritorn għall-Malta Premier

Tarxien Rainbows punt biss ‘il bogħod minn ritorn għal Malta Premier
Tarxien Rainbows punt biss ‘il bogħod minn ritorn għal Malta Premier

Qabel l-aħħar match day tal-BOV Challenge League, li se tintlagħab fit-tmiem il-ġimgħa, Tarxien Rainbows huma eqreb lejn promozzjoni fil-Malta Premier tal-istaġun li ġej.

It-tim taħt il-gwida teknika tal-kowċ Jacques Scerri rebaħ il-konfront dirett kontra Marsa, nhar il-Ħadd li għadda, bl-iskor ta’ 4-1 filwaqt li Swieqi United, li qabel din il-match day kienu bl-istess ammont ta’ punti daqs Tarxien Rainbows, ġarrbu telfa ta’ 1-0 kontra Pietá Hotspurs.

B’dawn iż-żewġ riżultati riżultati rispettivi, wara erba’ staġuni jilgħabu fiċ-Challenge League, Tarxien Rainbows huma l-favoriti li jiksbu l-promozzjoni flimkien ma’ Valletta, għall-Malta Premier. Tarxien Rainbows kienu relegati mill-Kampjonat Premier fit-tmiem tal-istaġun 2020/21.

Fl-aħħar ġurnata taċ-Challenge League, nhar il-Ħadd li ġej, Tarxien Rainbows u Swieqi United se jkunu qed jilagħbu fl-istess ħin, kontra Mġarr United u Santa Lucia rispettivament. Għar-Rainbows, punt ikun biżżejjed biex jiksbu l-promozzjoni.

Għal Swieqi United, anke f’każ li jfallu l-promozzjoni, dan jibqa’ staġun mill-aqwa għalihom u jekk itemmu fit-tielet post ikun l-aqwa riżultat fl-istorja tal-klabb. Dan għaliex il-klabb sal-lum għadu qatt ma kien promoss għall-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti, bl-aqwa pożizzjoni miksuba fit-tmiem ta’ staġun fiċ-Challenge League, kien l-istaġun li għadda meta kienu temmew fir-raba’ post.

Minkejja dan, Swieqi United għadhom iridu jaċċertw mit-tielet post, hekk kif Pietá Hotspurs, qabel l-aħħar match day taċ-Challenge League, jinsabu punt biss wara l-iskwadra mmexxija minn Pablo Doffo. Fl-aħħar ġurnata ta’ dan il-Kampjonat, Pietá Hotspurs se jkunu qed jilagħbu kontra Żurrieq.