Kwartifinali mill-isbaħ fl-Emirates Stadium hekk kif Arsenal imorru għat-tieni leg b’vantaġġ enormi ta’ tliet gowls. Il-Gunners kienu dominanti fil-konfront, bil-Los Blancos ma joħolqu kważi xejn ħlief xi kontrattakki ta’ Mbappe fl-ewwel taqsima, b’Raya jipproteġi l-lasta tajjeb.
Il-Gunners stennew sat-58 minuta biex ħadu l-vantaġġ meta l-midfielder Ingliż Declan Rice skorja l-ewwel freekick pinġut tal-logħba mid-distanza mil-lemin, b’xutt imdawwar bix-xellug issib ir-rokna ta’ fuq.
Declan Rice jirrepeti l-maġija tiegħu 12-il minuta wara bi freekick kważi isbaħ din id-darba minn naħa l-oħra, madankollu l-ballun jispiċċa fl-istess post.
Arsenal ikomplu jaħsdu liċ-champions attwali hekk kif 5 minuti wara, Declan Rice jaħrab b’ħarba minn nofs il-ground u jilgħab lejn iż-żagħżugħ Lewis-Skelly b’dan tal-aħħar jixħet lejn Merino, bl-Ispanjol jikkonkludi b’xutt preċiż mill-ewwel.
Iktar żvintura għar-Real Madrid hekk kif fl-aħħar sekondi Eduardo Camavinga ntwera t-tieni karta safra tal-logħba u b’hekk se jitlef it-tieni leg.
Fil-Kwartifinali l-oħra kollox għadu miftuħ hekk kif Inter rebħu kontra Bayern Munich bl-iskor minimu ta’ 2-1 fl-Allianz Arena.
Lautaro Martinez jiskorja l-ewwel għan-Nerazzuri fit-38 minuta minn suġġeriment ta’ Marcus Thuram.
Bayern Munich jillevelaw l-iskor meta l-veteran Thomas Muller isib ix-xibka vojta minn assist ta’ Laimer, madankollu Inter jirrispondu tliet minuti wara, din id-darba permezz tas-sostitut Davide Frattesi li jixħet ġewwa minn kontrattakk veloċi mibdi minn Sommer u Carlos Augusto.
Illum
Arsenal v Real Madrid 3-0
Bayern Munich v Inter 1-2
Għada
Barcelona v B.Dortmund 9:00pm
PSG v A.Villa 9:00pm