Barcelona jinsabu sieq waħda ġewwa fis-semi finali tal-UEFA Champions League hekk kif fil-Estadi Olimpic Lluis Companys, huma ħarġu rebbieħa bl-iskor komdu ta’ 4-0.
L-ewwel gowl tal-partita jasal wara 25 minuta hekk kif Raphinha jixħet ġewwa f’xibka vojta bil-ballun jasal minn daqqa ta’ ras ta’ Martinez lejn Cubarsi li jkompli lejn il-Brażiljan. Iż-żewġ difensuri ċentrali jkunu kruċjali anke n-naħa l-oħra tal-grawnd.
Dopjetta tal-attakkant veteran Robert Lewandowski hekk kif fil-bidu tat-tieni taqsima l-Pollakk jiskorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin minn azzjoni brillanti ta’ Yamal u Raphinia. Lewandowski jagħmilhom 3-0 fis-66 minuta.
Fis-77 minuta finalment jasal il-gowl tal-prodiġju Lamine Yamal li kkonnkluda kontrattakk mibdi mill-ballun misruq mill-eks Bayern Munich u Borussia Dortmund Lewandowski f’nofs il-grawnd.
L-ewwel leg kumbattut bejn PSG u Aston Villa fi Parc des Princes bl-iskor finali wara 90 minuta jkun 3-1.
Il-Villians kellhom partita difensiva fejn ftit drabi resqu viċin il-lasta ta’ Donnaruma, madankollu mal-ewwel xutt lejn ix-xibka huma fetħu l-iskor fil-35 minuta minn konklużjoni kalma ta’ Morgan Rogers minn suġġeriment tajjeb ta’ Tielemans.
Desirei Doue jiskorja gowl mill-isbaħ minn barra l-kaxxa, bil-konklużjoni taħbat mal-lasta ta’ fuq u tibqa’ dieħla fir-rokna tal-lemin.
L-eks Napoli Kvicha Kvaratskheila jagħti l-vantaġġ għall-ewwel darba lil Franċiżi b’gowl spettakolari meta jaħrab ħarba mix-xellug, jaqbeż żewġ difensuri u jitħol fil-kaxxa u b’xutt potenti jħabbat il-ballun mal-wieqfa tax-xellug u jispiċċa fix-xibka.
Nuno Mendes ikabbar l-iskor fl-aħħar sekondi tal-partita biex b’hekk PSG jmorru f’Villa Park b’vantaġġ ta’ żewġ gowls.
CHAMPIONS LEAGUE
KWARTI FINALI
L-EWWEL LEG
It-Tlieta
Arsenal v Real Madrid 3-0
Bayern Munich v Inter 1-2
Illum
Barcelona v B.Dortmund 4-0
PSG v A.Villa 3-1
EUROPA LEAGUE
KWARTI FINALI
L-EWWEL LEG
Għada
Bodo/Glimt v Lazio 6:45pm
Lyon v Man. Utd 9:00pm
Rangers v A.Club 9:00pm
Tottenham v Frankfurt 9:00pm
CONFERENCE LEAGUE
KWARTI FINALI
L-EWWEL LEG
Għada
lL.Warszawa v Chelsea 6:45pm
Djurdgaarden v R.Wien 9:00pm
NK Celje v Fiorentina 9:00pm
R.Betis v J.Bialystok 9:00pm