“Għadkom ma sraqtux biżżejjed?” “tafdawhomx”, “terġax tipprova tisraqna”, “verament qlibtu pajjiż ta’ taħt fuq”.
Dawn huma biss ftit mill-ħafna kummenti ta’ kritika li ħallew in-nies fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela – dan wara li matul il-ġurnata tat-Tlieta l-Gvern ħabbar il-Viżjoni 2050. Viżjoni li fiha tinkludi ftehim mal-privat fejn jidħol is-settur tas-saħħa; ftehim li pajjiżna diġà ra bħalu – dak tal-Vitals u Steward.
Kien fid-dawl ta’ din it-tħabbira li n-nies ħarġu jikkritikaw b’saħħa lil Abela, li stqarr li Gvern Laburista se jkun qed jibqa’ joffri servizz ta’ eċċellenza fl-Isptarijiet Maltin kif – skont hu – diġa’ qed joffri.
B’numru ta’ individwi jappellaw lill-Prim Ministru sabiex ma jisraqx lill-poplu Malti u Għawdxi għal darb’ oħra. U fuq kollox… sabiex l-ewwel iġib lura l-€400 miljun li nsterqu mid-deal frawdolenti tal-Vitals u Steward, imbagħad wara jevalwa ċ-ċans ta’ ftehim ieħor mal-privat.
Ħafna kummenti kixfu l-gideb li mexa bih il-Gvern b’rabta ma’ dan l-iskandlu tal-isptarijiet. Bil-kritika qawwija tkun l-aktar għall-fatt li dan il-Gvern mhux wieħed li tista’ tafdah għaliex litteralment “qaleb pajjiż ta’ taħt fuq”.
Fuq il-midja soċjali, ħafna fakkru kif pajjiżna diġà ra deal fis-settur tas-saħħa u esperjenza l-frott ta’ ftehim mal-privat… ftehim li ħalla sptarijiet iffullati, sptarijiet se jaqgħu biċċiet, settur tas-saħħa li krolla u €400 miljun misruqa mill-but taċ-ċittadin Malti.
Iżda minkejja dan, Robert Abela tenna li kemm ilu mexxej tal-Labour hu dejjem mexa b’governanza tajba… filwaqt li surrealment stqarr li huwa qaleb il-pajjiż ta’ taħt fuq.
Fost ħafna propaganda, it-Tlieta tħabbret il-Viżjoni 2050. Pjan li kellu jkun wieħed li joffri niċċeċ ekonomiċi ġodda, u pjan għal investiment innovattiv. Iżda sa issa jidher, li għad ma hemm l-ebda direzzjoni konkreta ta’ kif il-Gvern ta’ Abela se jkun qed iwettaq dan il-pjan… b’wieħed mill-aktar aspetti li qed jinkwieta lin-nies ikun proprju l-ftehim mal-privat fis-settur tas-saħħa.
//= $special ?>