Sport Sport Ieħor

Il-ISKA AMA Kampjonat Ewropew jingħata bidu f’pajjiżna

Il-kompetizzjoni li ħafna qed jistennew il-ISKA AMA Kampjonati Ewropew 2025 ingħatat bidu f’pajjiżna illum id-9 ta’ April.

Din il-kompetizzjoni se tkun qed tikkonsisti minn ħafna mill-aqwa atleti tal-martial arts minn bosta postijiet madwar l-Ewropa.

Il-ISKA AMA Kampjonat Ewropew se jkolla 820 parteċipant minn 19-il pajjiż differenti, 52 minn dawk il-ġellieda jkunu talent lokali minn Malta.

Se jkun hemm bosta dixxiplini fosthom Kata/Forms, Wai Kru, Semi Contact Kickboxing, Light Contact Kickboxing, K-1 Light, Unified Kick Light, Muay Thai, K-1, and Unified Rules.

Illum kien hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ li bdiet fit-8pm fil-Malta Film Studios fil-Kalkara, fejn fiha kien ukoll preżenti x-Shadow Minister għall-Isport David Agius.

Il-Kompetizzjonijiet se jsiru bejn l-10 u 12 ta’ April 2025 bejn id-9am u s-7pm.

Il-Biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit uffiċjali online jew mill-bieb dakinhar stess.

Il-ġlied kollha se jsiru fil-Malta Film Studios fil-Kalkara