Lokali Parlament

Il-liġijiet dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol m’humiex ikunu osservati

Ivan Castillo, PN

Id-Deputat Nazzjonalist Ivan Castillo qal fl-parlament li l-liġijiet dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol m’humiex ikunu osservati.

Ivan Castillo qal li s-settur marittimu jħaddem 22,000 persuna u għandu valur ekonomiku kbir. Hu semma’ t-trasport alternattiv permezz tal-baħar u qal li għandhom jitieħdu passi mmedjati biex dan il-mezz ikun trattat biex jittaffa t-traffiku.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-konnettività bejn Malta u Għawdex u qal li bħalissa l-Gozo Channelqed tikri vpaur ta’ 36 sena ligħalih qed jitħallsu sa €14,000 kuljum apparti l-fuel. Jeħtieġ li jkun hemm qbil bejn il-Gvenr u l-Oppożizzjoni dwar pjan biex din is-sitwazzjoni tkun indirizzata.

Dan il-vapur inkera b’direct order u m’għandux faċiltajiet bażiċi fosthom għall-persuni b’diżabbiltà. Dan qed jikser diversi kundizzjonijiet ta’ regoli internazzjonali dwar il-vapuri. Jeħtieġ ikunu kkunsidrati vapuri li jużaw fuel iktar nadif għaliex it-tliet vapuri l-oħra tal-Gozo Channel ukoll iss ailhom snin twal joperaw.

Ivan Castillo semma’ kif il-Gvern Malti jista’ jikseb fondi mill-UE għall-bini ta’ vapuri ġodda. Hu tkellem dwar ir-realzzjonjiet bejn is-settur marittimu u l-Awtorità tat-Trasport għaliex is-settur marittimu hu settur li jimmeritah li jun trattat b’mod separat. Dan filwaqt li tkompli ssir il-koordinazzjoni bejn iż-żewġ setturi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li f’Ras Ħanżir issa qed tkun irranġata art mitluqa iżda m’hemmx pjani dwar x’se jkun qed isir. Hu qal li jeħtieġ rampa fejn jidħol il-vapur u jinżlu l-vapuri tal-merkanzija għaliex jekk ikun hemm ħsara fir-rampa li hemm illum il-pajjiż jistaġna.

Ivan Castillo tkellem dwar id-djalogu soċjali u qal li minkejja l-proposti tal-Oppożizzjoni, għad fadal x’jitwettaq biex il-kundizzjonijiet tax-xogol tal-ħaddiema jitjiebu. Fost dawn hemm il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol. Illum teżisti kriżi li jeħtieġ tkun indirizzata biex is-sitwazzjoni ma tmurx iktar għall-agħar.

Id-deputat Nazzjonalista qal li minekjja li għaddiet liġi, xorta fadal ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol iżda ma jitħallsux bl-istess paga.

Jeħtieġ għalhekk li l-liġijiet ikunu attwati, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li jeħtieġ azzjonijiet dar it-tkabbir tal-popolazzjoni. Il-gvern ma kellux għalxiex jistenna snin twal biex jagħmel policy għaliex ħafna miżuri setgħu iddaħħlu snin ilu. Il-gvern għamel policy qabel ippubblika l-Viżjoni 2025 bis-sitwazzjoni tkun waħda li fiha l-gvern se jkollu jbiddel l-pożizzjoni tiegħu.

Dwar l-għoli tal-ħajja u qal li l-prezzijiet tad-djar regħu għolew b’5%, sosta Ivan Castillo, li staqsa x’se jkun qed jagħmel il-gvern quddiem din is-sitwazzjoni. Studju tal-PN juri li l-għoli tal-ħajja għola b’45% f’erba’ snin iżda l-pagi ma żdiedux bl-istess persentaġġ.

Dan qed iwassal għal sitwazzjoni gravi li tista’ tiggrava minħabba l-problema tar-rtariffi. Il-gvern mhux qed jgħid x’soluzzjonijiet għandu quddiem din is-sitwazzjoni. Il-PN qed jipproponi li jinħoloq fond biex jilqa’ għall-impatt tal-għoli tal-ħajja. Il-PN qed jipproponi wkoll li l-gvern ma jibqax jintaxxa l-COLA iżda l-gvern qed jgħid li ma jistax jagħmeliha waqt i l-imsieħba soċjali kollħa jaqblu mal-pożizzjoni tal-PN.