Il-Malta Chamber tappella għal konsensus bejn il-Gvern, l-Oppożizzjoni, l-imsieħba soċjali u l-istakeholders kollha relevanti sabiex verament isir pjan fit-tul b’rabta mal-Viżjoni 2050.
Fi stqarrija, il-Malta Chamber spjegat illi s-suċċess ta’ dan il-pjan jiddependi fuq kif se jkun qed jiġi implimentat. Hekk kif spjegat illi jekk tiġi implimentata kif suppost, se tkun pass ‘l quddiem.
Bil-Malta Chamber tispjega wkolll illi huwa importanti illi l-imsieħba soċjali jkunu infurmati kontwinament dwar l-iżviluppi fl-implimentazzzjoni ta’ Viżjoni 2050, filwaqt li appellat għall-KPIs (Key Performance Indicators) ċari.
Għaldaqstant, il-Malta Chamber appellat għal konsensus bejn l-awtoritajiet, il-Gvern u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, sabiex pajjiżna jkun jista’ jgawdi minn pjan fit-tul.
//= $special ?>