Lokali Parlament

Il-pajjiż qed jara l-konsegwenzi ta’ żvilupp mhux sostenibbli

Rebekah Borg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Borg qalet fil-parlament li l-pajjiż issa qed jibda’ jara l-konsegwenzi ta’ żvilupp mhux sosteniblbi li sar fl-aħħar gaxar snin.

Rebekah Borg qalet li l-parlament qed jiddiskuti r-Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbi 2023 sentejn tard sempliċiment biex l-gvern jimla l-aġenda tal-parlament.

Hi semmiet l-emendi li l-PN qed iressaq dwar l-impjanti tal-asfalt u qalet li l-Gern qed jibqa’ jikkritika kull emenda tal-PN. Din hi biss arroganza min-naħa tal-gvern, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-gvern lanqas qed iwieieġb l-mistoqsijiet parlament dwar l-impatt fuq il-kwalità tal-arja ta’ dawn l-impjanti.

Hi trattat ukoll is-shore to ship u kkritikat il-mod kif il-Prim Ministru kien qal li din kienet waħda mir-raġunijiet għaliex jinqata’ d-dawl. Dwar l-istorbju eċċessiv, id-deputat Nazzjonalista qalet li persuna minn tlieta għandu problema ta’ ħsejjes eċċessivi iżda l-gvern jibqa’ ma jagħmel xejn dwarha.

Rebekah Borg sostniet li problema oħra hi d-dawl eċċessiv fejn anki l-gvern qed jirrifjuta li jitkellem dwarha. Fl-2020 il-gvern kien qed jagħmel linji gwida għal dan is-settur iżda s’issa għadu m’għamel xejn. Jeħtieġ li jkun hemm qafas leġiżlattiv u mhux biss linji gwida.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li f’Malta hawn ħafna dawl eċċessiv u sostniet li hemm sfidi dwar il-pannelli solari ta’ fuq il-bjut. L-uniku ħaġa li kienet ta’ interess dwar l-Awtorità dwar il-Klima kienet li kull żviluppatur li jibni sal-massimu permess bil-liġi jrid jinstalla pannelli solari. Il-gvern qed jammetti li l-pajjiż daħal fi sqaq fejn in-nies jista’ jkollhom il-bjut mgottija u jkunu għamlu l-panell solari għalxejn.

Dwar l-inċineratur tal-Magħtab, Rebekah Borg qalaet li l-pajjiż għadu ma inċineratur sforz l-inkompetenza kbira ta’ dan il-gvern. L-investigazzjoni li talab il-PN kienet milqugħa, sostniet id-deputat Nazzjonalista li qalet li sakemm dan isir il-landfills se ikunu estiżi. Issa l-Prim Ministru biddel ir-regoli biex ikun jista jdaħħal lil min irid fl-aġġudikazzjoni tal-offrti tal-inċineratur.

Dwar l-infurzar mill-ERA, hi qalet li hemm capping tal-multi mill-ERA u kkritikat il-fatt li hemm barriera fir-Rabat li għandha stop and compliance order iżda x-xogħol għadu għaddej. L-ERA tibqa’ ma tieħdux azzjoni dwar dawn l-abbużi.

Rebekah Borg tkellmet dwar Kemmuna u qalet li minkejja l-protezzjoni din il-gżira suppost għandha, fil-fatt hemm abbużi kbar fiha. Rapporti f’rivista ġurnali barranin qed jikkritikaw l-abbużi u l-ħmieġ li hemm f’Kemmuna li issa saret gżira tal-kaos. Il-gvern qed il-liġi li hu stess suppost jipproteġi, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li semmiet biex Malta qed tkun kkritikata wkoll għall-ħmieġ li hawn f’diversi żoni.

Hi tkellmet dwar il-wirt storiku u qalet li m’hemmx protezzjoni fuq postijiet ta’ importanza kbira bħal Għar il-Friefet, il-Palazz ta’ Selmun u diversi postijiet oħra.