Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 anniversarju tal-Malta Football Association, illum, il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha, Myriam Spiteri Debono, għamlet żjara fil-kwartieri tal-assoċjazzjoni.
Matul din iż-żjara, il-President ta’ Malta, iltaqgħet mal-ogħla uffiċjali tal-Assoċjazzjoni, ħaddiema tal-MFA, kif ukoll ma’ diversi plejers u uffiċjali tas-selezzjonijiet tat-timijiet nazzjonali. L-Eċċellenza Tagħha, Spiteri Debono kellha l-opportunitá tieħu sehem f’laqgħa mal-ogħla uffiċjali tal-Assoċjazzjoni biex tiddiskuti numru ta’ inizjattivi u avvenimenti ewlenin li l-MFA għandha lesti għa matul din is-sena.
Il-President tal-MFA, Bjorn Vassallo laqa’ lill-Eċċellenza Tagħha, fejn fost l-oħrajn kellha l-opportunitá li żżur il-Mużew tal-Futbol, li jagħti ħarsa aktar profonda lejn l-istorja rikka tal-futbol lokali.
F’diskors tal-okkazzjoni, il-President tal-Assoċjazzjoni, Vassallo irrimarka li huwa ta’ unur li qed kien qed jilqa’ lill-President ta’ Malta fil-Kumpless tal-Futbol Ta’ Qali għall-ewwel darba.
L-Eċċellenza Tagħha, Spiteri Debono enfasizzat l-impenn tal-MFA għall-isport, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-istorja tal-futbol f’Malta waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 sena anniversarju tal-Assoċjazzjoni.
Il-President ta’ Malta fakkret lill-uffiċjali tal-MFA li l-ħidma tagħhom tifforma parti integrali fil-promozzjoni ta’ Malta u l-valuri tagħha. L-Eċċellenza Tagħha, Spiteri Debono kellha l-opportunitá li tiltaqa’ ukoll mat-tim nazzjonali Malti tan-Nisa, u t-tim nazzjonali tal-irġiel ta’ taħt is-17-il sena, fejn faħħrethom għar-riżultati pożittivi u ddeskriviethom bħala l-ambaxxaturi ta’ Malta, kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali.
Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, id-deputat David Agius u l-Ministru għall-Isport, Clifton Grima.
//= $special ?>