Joe Giglio, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal fil-parlament li l-Viżjoni 2050 hi mibnija fuq setturi maħluqa minn gvernijiet Nazzjonalisti.
Joe Giglio qal li żvilupp sostenibbli hu ddak li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-komunità kollha. Hu kompla li din hi t-tama ta’ kulħaddli tkun addottata politika li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd.
Il-PN ilu jisħaq li fl-aħħar snin il-pajjiż kellu mudell ekonomiku li ma wassalx għal żvilupp sostenibbli għaliex kien ibbażat fuq l-importazzjoni taċ-cheap labour bil-konsegwenzi jinħassu kullimkien u minn kulħadd.
Joe Gilgio qal li dan il-mudell ekonomiku ma ġabx żvilupp sostenibbli għalkemm ġab ħafna żvilupp. Hu sostna li l-gvern issa ippubblika dokument Viżjoni 2050 li fih l-aspett marittmu qed ikun tratta bi prijorità. Dan is-settur ma ħolqux dan il-gvern anzi kienet il-viżjoni ta’ Gvern Nazzjonalista li ħoloq dan is-settur. Din l-industrija ħaddmet ħafna nies, għadha teżisti u tħaddem ħafna nies.
Setturi li d-dokument Viżjoni 2050 jagħmel riferenza għalihom huma l-avjazzjoni, is-settur finanzjarju, it-turiżmu, il-gaming, il-kotruzzjoni u l-manifattura ta’ kwalità li kollha nħolqu minn Gvern Nazzjonalista
Hu espriema tama li l-Gvern Laburista ma jkompli jikkalpesta lil diversi setturi li ħolqu gvernijiet Nazzjonalisti. Dwar il-kostruzzjoni hu qal li jispera li ma jkunx hawn kostruzzjoni bla pjan u infrastruttura bla loġika kif sar fl-aħħar 10 snin.
Joe Giglio qal li l-gvern jista’ jgħin biex titnaqqas il-ħtieġa fuq il-ħaddiema barranin li jaħdmu b’pagi baxxi. Il-Gvern jista’ wkoll inqas numru ta’ ħaddiema tal-gvern li mhumiex produttivi u li daħħal miegħu fl-aħħar snin. Dawn jistgħu jmorru jaħdmu b’kontribut tant siewi f’diversi setturi oħra.
//= $special ?>