Fil-jum li fih il-qwiebel Maltin bdew irtir spiritwali fil-Kurja, l-Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra quddiesa apposta għalihom – ċerimonja li laqqgħet flimkien professjonisti li jaħdmu f’waħda mill-aktar għażliet intimi u kruċjali fil-ħajja ta’ mara: il-maternità.
Matul l-omelija tiegħu, l-Arċisqof faħħar l-irwol tagħhom mhux biss bħala dawk li jassistu fit-twelid, iżda bħala professjonisti li jgħinu n-nisa jilqgħu l-vokazzjoni li tilqa’ l-ħajja.
Monsinjur Scicluna semma’ wkoll l-importanza li l-qwiebel ikomplu jaqdu lis-soċjetà f’ambjenti fejn hemm bżonn kbir għall-verità tal-ħajja – mhux dak li jwassal għall-qerda u l-mewt.
U b’dan il-messaġġ, l-Arċisqof ried ifakkarhom li huma għodda ta’ tama, ta’ kuraġġ, u ta’ ħniena.
Fl-omelija tiegħu, Charles Scicluna sejħilhom ‘qaddejja tal-ħajja’, u fakkarhom biex jagħrfu wkoll lil dawk li, b’mod jew ieħor, jagħżlu li jkunu qaddejja tal-mewt.
Dan l-irtir kien mument ta’ silenzju u tiġdid għal dawn in-nisa li spiss jaħdmu f’ambjenti diffiċli u b’piż emozzjonali fuq spallejhom – iżda wkoll b’ċans li jkunu xhieda ta’ ħajja ġdida kuljum.
//= $special ?>