Internazzjonali

Jidħlu fis-seħħ it-tariffi ta’ Donald Trump

Fis-6 ta’ dalgħodu ġew fis-seħħ it-tariffi imposti mill-President Amerikan Donald Trump… bl-aktar waħda li se tkun qed tħalli effett tkun dik imposta fuq iċ-Ċina –u li tilħaq il-104%.

Trump ħabbar dawn it-tariffi l-Erbgħa li għadda… tariffi li jvarjaw bejn 10%, 60%, 50% u għaċ-Ċina 104%.

Rapporti internazzjonali jirrappurtaw li numru ta’ gvernijiet minn madwar id-dinja jew qed jipprovaw jidħlu f’diskussjonijiet mal-Gvern Amerikan jew inkella, fosthom iċ-Ċina, adottaw tariffi ta’ ritaljazzjoni fil-konfront tal-Istati Uniti.

Intant, dawn it-tariffi qed iħallu l-effett tagħhom f’numru ta’ pajjiżi, fosthom anke fl-Istati Uniti, b’Wall Street tara l-agħar ġimgħa ta’ kummerċ sa mill-pandemija tal-COVID.

L-ekonomisti jistqarru li r-riskju ta’ riċessjoni globali żdied b’mod sinifikanti.