Is-Super One kompla jixxala bil-latanija ta’ fake news li issa saret sinonima mal-media ta’ Robert Abela. Dan hekk kif l-istazzjon Laburista ħareġ jgħid li Bernard Grech jinsab fi triqtu lejn Għawdex – meta fir-realtà il-Kap tal-PN ilu Għawdex minn kmieni dalgħodu, u kellu diversi laqgħat uffiċjali u żjarat li kienu programmati. B’uħud miż-żjarat ilhom pjanati għal numru ta’ xhur.
Is-Super One waslu sal-punt illi ivvintaw storja li Bernard Grech qasam lejn Għawdex biex jieħu ritratt ma’ Alex Borg. Dan meta mal-Kap tal-PN, f’din is-suppost “kriżi”, hemm id-deputati u l-kandidati tal-PN.

Din l-aħħar manuvra kompliet iddejjaq lill-moderati li qed jippruvaw idaħħlu ftit tal-melħ fit-tmexxija tal-Partit Laburista, li minn wara l-elezzjonijiet tal-MEPs spiċċat maħkuma mill-klikka estremista ta’ Jason Micallef, Neville Gafà u Karl Stagno Navarra. Dan kollu bil-barka tal-Mexxej Laburista innifsu.
“Mhux ta’ b’xejn li One News spiċċaw isejħulu Fake News”, qalilna wieħed mill-Laburisti li sal-aħħar elezzjoni kien ikun fil-qalba taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Bl-istess partitarju jgħidilna li l-Labour aħjar jara l-leaks kbar li qed ikollu minn ġewwa – inkluż l-aħħar recordings li kienu ħarġu dwar il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima u l-attakki li qed isiru minn ġewwa wkoll fuq il-Ministru Roderick Galdes.
//= $special ?>