Il-Professur, Andrew Azzopardi qed jappella mill-ġdid għal bidliet fil-mod kif it-tfal iżuru l-qraba tagħhom fil-ħabs, u dan qed jagħmlu favur il-benessri tat-tfal sabiex tkun prijorità ewlenija. Azzopardi nsista li l-esponiment ta’ tfal żgħar u vulnerabbli għal ambjenti bħal dawn joħloq riskju reali ta’ ħsara psikoloġika dejjiema.
Matul għadd ta’ żjarat li jagħmel mal-priġunieri, il-Professur Azzopardi qal li kemm-il darba jara tfal żgħar fil-kamra taż-żjarat, bilqiegħda ma’ mejda sabiex ikellmu lil xi ħadd li qed jeskonta sentenza ta’ ħabs.
Huwa qed jinsisti li qajjem din il-kwistjoni kemm-il darba mal-Uffiċċju tal-Kummissarju iżda minkejja bosta assigurazzjonijiet li l-kwistjoni tkun indirizzata, dan it-tħassib serju għadu jippersisti mingħajr ebda riżoluzzjoni effettiva fil-vista.
Issa qed jappella direttament lid-Direttorat tas-Servizzi tal-Ħarsien tat-Tfal (FSWS) biex jinvestiga din il-kwistjoni u tieħu l-azzjoni meħtieġa peress li għadha mhux solvuta sal-lum.
Dan meta għat-tfal, din mhix biss sitwazzjoni skomda iżda wkoll esperjenza profondament skomda, konfuża u potenzjalment trawmatika li tirrepeti ruħha kull darba li jżuru lil xi persuna.
//= $special ?>