Futbol Sport

FILMAT | Il-Bulgari b’saħħithom wisq għaż-żgħażagħ Maltin ta’ taħt is-17-il sena

Malta bdiet l-impenji tagħha f’pajjiżna stess, fit-tieni fażi tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej taħt is-17-il sena li se jsiru fl-Albanija din is-sena stess, b’telfa ta’ 3-0 kontra l-Bulgarija.

Sat-tmiem tal-ewwel 45 minuta, Malta kienet diġa’ soffriet żewġ gowls li kienu skorjati minn Radostin Stoilov u Maksim Minkov. Lejn l-aħħar tat-tieni taqsima, l-avversarji tagħhna skorjaw it-tielet wieħed grazzi għal Samuil Tsonov.

Malta terġa’ tkun fl-azzjoni, nhar il-Ħadd li ġej, fil-11am kontra l-Lussemburgu.