Lokali Saħħa

Il-MAM tappella lill-Gvern sabiex jaġixxi quddiem prodotti perikolużi tal-kannabis li jittieklu

L-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta fi stqarrija saħqet li qed tesprimi t-tħassib serju tagħha dwar prodotti ġodda perikolużi tal-kannabis li jittieklu bħal ħelu, kejkijiet, u gallettini tal-kannabis, dan wara li raw żieda ta nies rikoverati fl-Isptar Mater Dei b’sintomi serji wara l-konsum tagħhom.

Diversi pazjenti kellhom bżonn kura medika urġenti fl-Isptar Mater Dei matul l-aħħar ġimgħat wara li kkunsmaw prodotti tal-kannabis, partikolarment dawk li fihom sustanza msejħa “CC9.” Is-sintomi jinkludu telqa u sturdament qawwi għal aktar minn 24 siegħa, problemi fil-vista, u ħsara fil-fwied.

Huma qedin jisħqu li is-saħħa pubblika f’pajjiżina b’dawn il-prodotti huma “f’riskju.”

Filwaqt li tkellmu dwar kif il-kannabis tradizzjonali diġà ġġorr riskji għas-saħħa, iżda dawn il-prodotti ġodda jirrappreżentaw periklu saħansitra akbar minħabba l-qawwa tagħhom.

Il-MAM għalqet billi appellat lil Gvern sabiex jaġixxi u jieħu l-passi meħtieġa rigward dawn il-prodotti li jagħmlu ħsara kbira.