Il-poplu fil-Portugall jinsab ixxukkjat dwar filmat fuq il-media soċjali li allegatament qed juru l-istupru ta’ tfajla ta’ 16-il sena…Xena li wasslet biex l- MEP Portugiża Ana Catarina Mendes tinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-aggressjoni fil-konfront tat-tfajla u fost it-talba biex l-Unjoni Ewropea taħdem aktar biex tevita ċ-ċirkulazzjoni, online, ta’ kwalunkwe materjal ta’ dan it-tip
Il-filmat tal-allegat reat, li jingħad li seħħ fi Frar f’Loures, distrett ta’ Lisbona, kien segwit minn talanqas 32,000 persuna permezz tal-media soċjali.
Intant, l-ebda fost il-‘viewers’ ma kienu rreferew dan il-każ lill-pulizija – li min-naħa tagħhom saru jafu biss dwar l-allegat reat wara li l-vittma kienet iddaħħlet l-isptar għall-kura.
U waqt li l-pulizija, wara, żammet lil tlett suspettati (b’etajiet ivarjaw minn 17 sa 19-il sena) taħt arrest, dawn kienu liberati mill-qorti – bil-kundizzjoni li huma jippreżentaw ruħhom, kultant żmien, fl-eqreb għassa tal-pulizija. Is-suspettati anki huma projbiti milli jikkuntattjaw, b’xi mod, lill-vittma tal-istupru.
//= $special ?>