Fl-aħħar sigħat, waslu f’pajjiżna erbat itfal mill-Palestina li għandhom bżonn għajnuna medika.
Dan wara li f’dawn l-aħħar xhur id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħadem fuq operazzjoni importanti u delikata ħafna li kienet tinvolvi t-trasferiment ta’ dawn it-tfal minn Gaza.
Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħdu dawn it-tfal waslu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta flimkien ma’ persuna adulta li kienet qiegħda takkumpanjhom.
Huma ttieħdu mill-ewwel l-Isptar Mater Dei fejn jinsabu taħt osservazzjoni.
//= $special ?>