Il-Grupp Teatrali 14 ta’ Jannar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990, ser ittella’ rappreżentazzjoni marbuta ma’ żmien il-Ġimgħa Imqaddsa.
Dan id-dramm tal-passjoni ser ikun qiegħed jiġi mtella’ fis-Sala Anthony Camilleri, is-sala prinċipali tal-Każin, fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.



Din hija rappreżentazzjoni li toħroġ perfettament l-emozzjonijiet li jġib miegħu dan iż-żmien tant qaddis. Rappreżentazzjoni li ġġiegħlek tirrifletti u taħseb, x’kienet ir-raġuni li ġara dak li ġara? Min hu responsabbli ta’ dan kollu? Liem hi l-veru id imdemmija?

Ir-rappreżentazzjonijiet ser jibdew fit-13 ta’ April, propju nhar Ħadd il-Palm fil-11.15am, l-Erbgħa 16 ta’ April fis-7.30pm, Fis-17 ta’ April, f’Ħamis ix-Xirka fit-8.15pm u fid-9.30pm; kif ukoll f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira fl-10:30am.
Dħul b’xejn – b’donazzjoni tkun aprezzata.

