F’Lyon fi Franza, tmiem drammatiku għal partita bejn Manchester United u Olympique Lyon li ntemmet fi skor ta’ 2-2. Bil-battibekki ta’ qabel il-partita bejn Onana u Matic, kien hemm aspettative kbira għal din il-partita. Kienu l-Franċiżi li marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Thiago Almada fis-26 minuta. Man United kisbu d-draw fi tmiem l-ewwel taqsima b’gowl ta’ Leny Yoro li skorja l-ewwel tiegħu mal-club. Manchester United skorjaw dak li ħasbu se jkun il-gowl deċiżiv tal-partita b’gowl ta’ Joshua Zirkzee. Madanakollu, fil-95 minuta, bil-partita prattikament se tispiċċa kien Rayan Cherki li mill-viċin xeħet wara Andre Onana, għal skor finali ta’ 2-2 fi tmiem drammatiku.
Intant, draw ta’ 1-1 bejn Tottenham u Eintracht Frankfurt, b’Ekitike jitfa lill-Ġermaniżi fil-vantaġġ qabel kien Pedro Porro li kiseb id-draw għal Tottenham.
UEFA EUROPA LEAGUE
Bodoe v Lazio 2-0
Lyon v Man Utd 2-2
Rangers v Atheltic C. 0-0
Tottenham v E.Frankfurt 1-1
UEFA CONFERENCE LEAGUE
l.Warszawa v Chelsea 0-3
Djurgaarden v R.Wien 0-1
NK Celje v Fiorentina 1-2
R.Betis v J.Bialystok 2-0