Internazzjonali

U-turn mill-President Trump – Pawża ta’ 90 jum fuq it-tariffi imposti fuq il-pajjiżi kollha barra ċ-Ċina

WASHINGTON, DC - MARCH 26: U.S. President Donald Trump speaks to the press next to a map of the "Gulf of America" after signing an executive order in the Oval Office of the White House on March 26, 2025 in Washington, DC. President Trump announced 25% tariffs on all foreign-made cars. (Photo by Win McNamee/Getty Images)

Għal ġranet sħaħ, Donald Trump u l-amministrazzjoni tiegħu kienu filwaqt li kienu impenjati bis-sħiħ li jimponu tariffi “reċiproċi” kbar fuq għexieren ta’ pajjiżi, nhar it-Tlieta li l-President tal-Istati Uniti saħaq li ġiet ikkunsidrata pawsa ta’ 90 jum fuq it-tariffi li impona fuq il-pajjiżi, dan apparti t-tariffi imposti fuq iċ-Ċina – b’bosta kritiċi jisħqu li din hija U-turn min naħa ta’ Trump.

Intant din il-pawża fuq rati tat-tariffi, hija realtà.

Il-White House u l-amministrazzjoni Amerikana saħqet li dan is-suppost pjan kien intiż sabiex wara li jiġu mħabbra tariffi esagerati, il-Gvern Amerikan jkun pront jwaqqaf it-tariffi imposti, bl-iskop tal Trump, skont hu jkun li jressaq il-pajjiżi lejn l-Istati Uniti sabiex jipprovaw jinnegozjaw mill-ġdid.

Madanakollu bosta qed jisħqu li din il-mossa mhi xejn għajr U-turn min naħa ta’ Trump anke minħabba l-istat tal-indiċi tal-ismha preżenti – fejn jinsabu fl-agħar stat li qatt kienu minn żmien il-covid.

Intant il-President Amerikan saħaq li t-tir prinċipali ta’ din ir-revoluzzjoni hi li ċ-Ċina, tobbliga ruħha timxi mat-tratti varji rigward it-tariffi – bil-President Amerikan jisħaq li l-Istati Uniti ma tistax tkompli tkun pupazz taċ-Ċiniżi fejn jidħol kummerċ, filwaqt li għolla t-tariffi għal 125 fil-mija fuq il-prodotti kollha li ġejjin miċ-Ċina, kważi żieda ta’ 25 fil-mija mit-tariffi imħabbra ftit tal-ġranet ilu.

Però għalkemm rajna din iż-żieda, it-tariffi reċiproki ta’ Trump ser ikunu qiegħdin fuq pawża ta’ 90 ġurnata qabel dawn possibilment jidħlu fis-seħħ.