Lokali

Ħaddiem Marokkin fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Tal-Pietà

Marokkin ta’ 53 sena residenti San Pawl il-Baħar jinsab l-isptar jissielet għal ħajtu wara li weġġa’ waqt li kien qiegħed jaħdem f’binja li fiha kien qed isir xogħol ta’ rinovar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm fi Triq San Luqa, Tal-Pietà.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post taxXogħol għadhom għaddejjin.