Lokali

Il-Protezzjoni Ċivili b’operazzjoni sabiex jitneħħa trailer li nqaleb f’Ħal Far

Il-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’operazzjoni sabiex jitneħħa trailer minn Triq Ħal Far, f’Ħal Far wara li għal xi raġuni mhux magħrufa inqaleb trailer.

Skont kelliema għall-Pulizija, jidher illi għall-ħabta tal-4pm, inqaleb trailer fi Triq Ħal Far, biżwit il-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta direzzjoni lejn Ħal Luqa.

Jidher ukoll illi s-sewwieq tat-trailer ħareġ waħdu wara l-inċident. Bl-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili jissejjħu sabiex ineħħu l-ostaklu mit-triq.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.