“Hemm impjiegi li jridu jagħmluhom Laburisti ġenwini BISS”
Jekk qatt kien hemm dubju min qed imexxi lill-Partit Laburista bħalissa, illum dan nistgħu neliminawh għal kollox – il-fanatiċi u l-estremisti Laburisti għandhom mhux biss lill-Prim Ministru Robert Abela f’idejhom imma anke lill-bqija tal-Ministri. U jekk int Nazzjonalist, ma tistax taħdem mal-Gvern Laburista.
Dan hekk kif wara li Neville Gafà, eks uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kelliem ewlieni tal-faxxa estrema tal-Labour…ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jikkritika lill-Ministru Roderick Galdes għaliex Edward Mizzi, persuna li kien qrib it-tmexxija tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, xhur ilu kien inħatar bħala Senior Manager mal-Awtorità tad-Djar.
Neville Gafà żvela li wara l-pressjoni li saret mill-klikka tiegħu, Edward Mizzi ġie trasferit; għaliex fi kliemu stess, ċertu postijiet tax-xogħol għandhom ikunu BISS għal persuni ta’ fiduċja tal-Gvern.
Ftit tal-ġimgħat ilu il-Professur Andrew Azzopardi intervista lill-Ministru Galdes dwar din il-kwistjoni u saħaq li magħhom kulħadd jista jaħdem, anke jekk int ta’ fehma Nazzjonalista – u stqarr li allaħares joqgħod jindaħal xi jsir.
Madanakollu jidher li proprju seħħ l-oppost hekk kif Neville Gafà qed jinsisti li bit-trasferiment ta’ Mizzi saret ġustizzja mal-Laburisti u rebaħ is-sens komun.
Dan kollu juri li mal-Labour ma taħdimx, li Malta jriduha għalihom biss…li għal darb’oħra spiċċajna minn Malta flimkien, għal Malta tal-qalba – u jekk ma taqbilx magħhom….jippersegwitawk, u jkeċċuk. Bla ebda osservazzjoni tal-meritokrazija, trasparenza u kontabbiltà.
Dan filwaqt id-domanda tibqa’ waħda: min verament qed imexxi fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista?
//= $special ?>