Lokali

Il-Kunsillieri Lokali tal-PN fiż-Żurrieq jaqblu mar-residenti ta’ Bubaqra

Ir-rieda taċ-ċittadini dwar il-proġett tal-pjazza għandha tkun rispettata; il-proġett ma għandux isir kif propostPN

Ir-residenti ta’ Bubaqra fiż-Żurrieq ma jridux li jsir il-proġett tal-pjazza ta’ Bubaqra kif propost mill-Kunsill Lokali b’maġġoranza Laburista fiż-Żurrieq.

Il-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista fiż-Żurrieq, sa mill-bidu nett, kienu wrew it-tħassib tagħhom għad-disinn propost għal dan il-proġett ġaladarba dan kien se joħloq inkonvenjent għar-residenti minn diversi aspetti.

Dan it-tħassib huwa simili għal dak tar-residenti ta’ Bubaqra. Il-Partit Nazzjonalista fiż-Żurrieq jaqbel mar-residenti li l-proġett kif propost mill-Kunsill b’maġġoranza Laburista ma jsirx.

Ir-rieda taċ-ċittadini għandha tkun rispettata għax wara kollox huma jafu x’inhuma l-konsegwenzi li se jbatu f’każ li dan il-proġett iseħħ.

Kif dejjem saħqu l-Kunsillieri Lokali tal-PN, proġetti bħal dawn għandhom isiru b’diskussjoni u konsultazzjoni mar-residenti mill-bidu nett u mhux wara li kollox ikun mfassal u lest.

Il-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista fiż-Żurrieq se jibqgħu jkunu l-vuċi tar-residenti Żrieraq.