Ġie konfermat li t-tentattiv biex jitpoġġa f’dubju d-dottorat tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ma kien xejn ħlief pjan biex jipprovaw jimminaw il-kredibiltà tagħha.
Xahrejn ilu, f’tentattiv iddisprat mill-Partit Laburista, saret allegazzjoni minn persuna li nstab ħati ta’ malafama, li pprova jimplika li d-dottorat tal-President Metsola mill-Università ta’ Malta, għandu jiġi rtirat. Is-Senat tal-Universita’ ltaqa’ u wasal għal konklużjoni li d-dottorat għandu jibqa’.
Il-pjan kien li l-Awstrijakk Stefan Weber, li s-sena l-oħra l-Qorti sabitu ħati li għamel allegazzjonijiet bla bażi fuq ir-rettur tal-Università ta’ Klagenfurt, prova jimplika li l-Universita’ ta’ Malta għandha tneħħi d-dottorat lil Roberta Metsola. F’dan l-eżerċizzju ngħaqdet il-media laburista li fi sforz biex tattakka lil Roberta Metsola tefgħet lir-reputazzjoni tal-istituzzjoni edukattiva f’Malta f’periklu.
Madanakollu, wara analizi mill-Università ta’ Malta, jirriżulta li ma hemm l-ebda bażi biex twaqqa’ t-teżi li għamlet Metsola, ma hemm l-ebda bażi li jigi rtirat id-dottorat, u ma hemm l-ebda bażi biex tigi reveduta l-marka li ngħatat biex tiggradwa.
F’Malta, s-sistema li biha jiġu ggradwati l-avukati u li permezz tiegħu jinkiseb dottorat, hi differenti għal kollox mid-dottorat li jinkiseb meta wieħed jagħmel PhD u għaldaqstant il-kejl li bih jiġu vverifikati s-sorsi tat-teżi ma jistax ikun l-istess. Diversi akkademiċi li tkellmu ma dan l-istazzjon qalu li dan it-tentattiv kien wieħed perikoluż billi dan setà wasal biex it-teżijiet kollha ta’ avukati Maltin li ggradwaw mill-Università ta’ Malta setgħu jitpoġġew f’dubju. Ikkundannaw lil dawk li ħatfu l-okkażjoni biex jużaw din l-allegazzjoni fierħa biex jirbħu ftit punti politiċi, għaliex fi kliemhom setgħu ipoġġu lir-reputazzjoni tal-Università għarkopptejha.
//= $special ?>