“Lejlet id-Duluri kellek tħallina. Ħajtek mitmuma u hekk qasira. Ħallejtna mbikkma insaqsu ‘l għala. U l-baħħ ma jagħti l-ebda risposta.”
Hekk stqarr fuq il-media soċjali Kurt Vella Fonde, wieħed mill-kuġini ta’ Chantalle Gauci – il-mara li tilfet ħajjitha fit-traġedja tal-bieraħ, meta mietet taħt il-karozza tagħha stess.
Fil-messaġġ tiegħu, Vella Fonde jsemmi l-imħabba li kellha Chantalle lejn il-familja kollha u t-tifla tagħha.
“Flimkien man-Nanna żommna magħqudin, ħares lil bintek u kkonsla ‘l ommok u ‘l missierek, ‘l oħtok u lilna li konna tant inħobbuk.”
