Intant fid-Dar Ċentrali tal-PN, bħalma jiġri f’ħafna postijiet tax-xogħol f’pajjiżna, saret quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum id-Duluri, immexxija minn Fr Mark Enriquez.
F’din il-quddiesa tfakkret ukoll il-memorja tal-mibki Karl Gouder; il-persuna li serva bħala Chief Operations Officer ta’ dan l-istazzjon, u li miet 7 xhur ilu.
Preżenti għal din il-quddiesa kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello u d-diriġenti tal-media tal-PN. Attendew ukoll l-impjegati tal-Partit Nazzjonalista u tal-kumpanija Media.Link Communications.
Iċ-ċelebrazzjoni tad-Duluri tagħti bidu għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, li jkomplu nhar il-Ħadd bil-Festa ta’ Ħadd il-Palm u li jilħqu l-qofol tagħhom f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir. Fejn l-insara jfakkru l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu li rebaħ fuq il-mewt.
//= $special ?>