Lokali Qorti

Tidħol fis-seħħ ir-restrizzjoni fuq l-inkjesti maġisterjali

Il-Ministeru għall-Ġustizzja ħabbar li llum kien ippubblikat l-Att Nru VIII tal-2025 u daħlu fis-seħħ l-emendi fil-Kodiċi Kriminali, Kapitlu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, li jirriformaw l-inkjesti maġisterjali. Dan ifisser li issa uffiċjalment daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet imposti mill-Gvern.

It-tibdil leġiżlattiv ħoloq termini u skadenzi ġodda, filwaqt li ma tistax tintalab il-ftuħ ta’ inkjesta quddiem Maġistrat – imma trid tmur bilfors għand il-Kummissarju tal-Pulizija.

Il-PN diġa’ wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista se jirrevedi din il-liġi kontroversjali li tnaqqar mid-drittijiet taċ-ċittadini.