Rio Micallef ta’ 41 sena mill-Marsa u David Tabone ta’ 40 sena minn Naxxar ġew ikkundannati 14-il sena ħabs bejniethom wara li f’ġuri kienu nstabu ħatja li kkonfoffaw għat-traffikar tad-droga. Micallef ġie kundannat tmien snin priġunerija u multa ta’ 15,000 ewro filwaqt li Tabone kien ikkundannat sitt snin ħabs u multa ta’ 10,000 ewro,
Il-Qorti fis-sentenza tagħha qieset il-kondotta tal-akkużati u l-fatt li Rio Micallef nstab ħati wkoll li sar reċidiv. Il-Qorti kkunsidrat ukoll il-fatt li l-verdett ma kienx wieħed unanimu. Waqt il-ġuri li ntemm fit-3 ta’ April kien akkużat ukoll Darren James Vella ta’ 34 sena minn Birkirkara maż-żewġt irġiel iżda kien ġie lliberat mill-istess ġuri. Fis-sentenza tagħha l-Qorti ordnat il-konfiska tad-droga ecstacy.
Rio Micallef instab ħati li kkonfoffa għat-traffikar ta’ kważi 2,000 pillola ecstacy b’sitt voti kontra tlieta. Il-ġurati sabuh ħati wkoll li biegħ l-ecstasy u li kien fil-pussess tagħha f’ċirkostanzi li kienu jindikaw li ma kienitx għal użu personali, b’7 voti favur u tnejn kontra fiż-żewġ każijiet.
David Tabone instab ħati li kkonfoffa għat-traffikar tad-droga b’sitt voti kontra tlieta, filwaqt li kien illiberatu mir-raba’ u l-ħames akkuża. Minn naħa l-oħra Darren James Vella instab mhux ħati bi tmien voti kontra wieħed.
It-tliet irġiel kienu qed jaffaċċjaw akkużi li kkonfoffaw biex jittraffikaw 1,940 pillola ecstasy fl-2008. Il-ġurati kien ilhom jisimgħu l-evidenza mressqa mill-prosekuzzjoni sa mit-Tnejn, 24 ta’ Marzu. Huma semgħu lill-prosekuzzjoni u lid-difiża jagħmlu l-każ tagħhom quddiem l-imħallef Edwina li ppresiedit il-ġuri.
Matul il-jiem tal-ġuri, l-ġurati semgħu kif it-tliet irġiel ġew arrestati meta l-pulizija rċeviet xi ‘tip-off’ fuq Tabone, li allegatament kien qed jitraffika d-droga. Ir-raġel kien tpoġġa taħt sorveljanza. Fil-15 ta’ Settembru, 2008, Tabone kien osservat ħiereġ minn daru, isuq lejn il-McDonald’s f’Birkirkara, fejn ingħaqad miegħu Vella.
It-tnejn imbagħad iltaqgħu ma’ Micallef, li kien fil-karozza tiegħu, u saqu lejn Triq il-Knisja l-Qadima fl-istess lokalità. Huma pparkjaw il-karozzi tagħhom ‘il bogħod minn xulxin, u tnejn mis-suspettati marru lejn garaxx, b’Tabone allegatament iġorr borża sewda.
Meta Micallef induna il-preżenza tal-pulizija, ipprova jaħrab u tefa’ borża bajda taħt vann ipparkjat qabel ħarab. Huwa ġie arrestat flimkien ma’ Vella u Tabone. Ġewwa l-borża, il-pulizija sabet 1,940 pillola ecstasy b’valur tat-triq stmat ta’ €18,624.
Il-pulizija qabdet ukoll €9,330 fi flus kontanti u sett ta’ mwieżen elettroniċi li kien fihom traċċi tad-droga, li kienu ġewwa borża sewda li Tabone allegatament kien qed iġorr. L-Imħallef Edwina Grima semgħet il-guri hekk kif kienet qed tippresiedi l-Qorti Kriminali.
Qabel ma ngħatat is-sentenza l-Ġimgħa filgħodu saret it-trattazzjoni fuq il-piena mid-difiża u l-prosekuzzjoni. Dan iżda wara li l-uffiċjali tal-Probation taw informazzjoni lill-Qorti fuq Rio Micallef u David Tabone.
Maria Mifsud probation Officer li ħadmet fuq Rio Micallef qalet li kien hemm koperazzjoni sħiħa minnu l-familja tiegħu. Qalet li sar kuntatt mas-Supretendent li mexxa l-każ dwar id-droga ecstacy li qalilha li ma kkoperax mal-Pulizija.
Mifsud qalet li fl-2006 Micallef kien ġie kundannat sitt xhur priġunerija fuq droga mhux għal użu personali u sewqan bla lienzja, u kellu każ fl-2021 fuq il- vizzju tal-logħob. Qalet li trobbija tiegħu kienet tajba fejn kien imur fl-iskola tas-seminarju ir-Rabat .
Qalet li hu kien jgħix il-Marsa u għex żewġ ġrajjiet differenti fejn kien espost għall affarijiet mhux sani. Ix-xhud qalet li kellmet lill-familja kollha ta’ Rio, u ħareġ kemm huwa persuna mportanti fil-ħajja tagħhom. Kellu problemi fejn jidħlu l-vizzji u problemi tal-alkoħol u loigħob tal-ażżard.
Kien hemm oħtu li qalet li fejn jidħol logħob tal-ażżard Micallef kienet koxnja u kien qed jieħu t-terapija dwar dan il-vizzju. Mifsud qalet li Micallef kellu kuntatt mas-Sedqa fl-2002. Kien qed jibbenefika mis-sapport services fuq droga u dwar problema serja finazjarja li kellu.
Rio kien konsistenti fl-atteġġjament tiegħu. Għandu dejn minħabba l-logħob. Fuq inistenza ta’ Rio Micallef il-Probation Officer qal li ż-żewġ uliedu ta’ 15 u 13-il sena tkellmu fuq missierhon u dawn spjegaw kemm huwa mportanti fil-ħajja tagħhom u dejjem preżenti għall-appoġġ.
Dawn jafu d-dettalji tal-każ minn fuq il-media. Kien u għadu jilgħab il-futbol, u huwa kowċ tal-Under 11. Qalet li s-seminarju għamel sal-Form 3 u biddel ħafna xogħolijiet, qabel ma beda l-ġuri kien qed jaħdem ma xi ħadd. Hija qalet li kien qed jiġi suġġerit li jingħata piena karċerarja. Qalet li kien ibiddel ix-xogħol biex itejjeb il-paga. Huwa ‘hard worker’ u ma għandu l-ebda problemi.
Rapport kien ippreżentat ukoll minn Noelene Cassar, probation officer għal David Tabone, li qalet li mix-xogħol li għamlet ħarġu diversi aspetti differenti tul ħajtu. Għamlet kuntatt mal prosekutu fil-każ li saħaq li David ma kienx ikkopera.
Tul is-snin huwa nstab ħati seba’ darbiet, l-ewwel reat fl-2000 u l-aħħar fl-2012. U dan fuq fastidju, nuqqas ta’ koperazzjoni mal-Pulizija, traffikar ta’ raża tal-kannabis u sewqan. Madankollu ilu ma jitressaq il-Qorti fl-aħħar 13-il sena.
Kien il-ħabs għal xahrejn fl-2003, u skonta piena sitt xhur fl-2018. Hemm bżonn li jerfa’ aktar responsabbilità. It-trobbija tiegħu kienet waħda turbulenti u kellu problemi fuq missieru bioloġiku. Ix-xhud qalet ukoll li David huwa missier ta’ tifel ta’ 20 sena.
Tifel li jgħix ma ommu imma missieru dejjem ikun preżenti għal ibnu. Tabone kellu wkoll diversi kundizzjonijiet mentali. Kellu wkoll mumenti suwiċidali. Fuq il-kannabis kien ilu sa minn mindu kellu 16-il sena, kien ukoll fuq il-kokaina. Ipprova jikkontrolla imma xi kultant baqa’ jabbuża. Kellu wkoll fil-passat kuntatt mal-aġenzija sedqa.
Ħadem biss għal ftit iktar minn sena u ftit ħadem u ħafna drabi kien jirreġistra, Staqsiet lis-sieħba tiegħu, kif kien jgħaddi u din qalet bl-għajnuna tal-Gvern u l-għajnuna ta’ ommu u ħutu. Kien qed jipprova jiġi ‘boarded out’ ukoll f’mumenti.
Il-probation officer bħal fil-każ’ ta’ Micallef qalet ukoll li kienet qed tissuġerixxi piena karċerajra, Huwa maħbub ħafna minn ommu, oħtu u l-partner. Il-familja tiegħu dejjem kienet stabbli, imma hu baqa’ lura. L-Avukat Jacob Magri qal li l-passat tiegħu kien wieħed turbulenti, trobbija mhux daqstant feliċi.
Kien inbidel imma bejn l-2020 sa l-2023 kien qed juża l-kokaina, mindu qabad mat-tfajla li għandu mexa l-quddiem. Ilu sentejn u nofs mat-tfajla u issa jidher li rabba l-għaqal. L-Avukat Arthur Azzopardi qal li meta seħħ il-każ kien għad kellu 24 sena,
L-Avukat Godwin Cini għall-prosekuzzkoni qal li tnejn li huma nstabu ħatja, Qal li kien hemm involviment ta’ 1,940 pillolaecstacy. Fuq l-atteġġament qal li dawn ma urew l-ebda koperazzzjoni. Huwa vera ma kienx hemm aggressjoni, iżda wieħed minnhom kien teklaq jiġri meta waslu l-Pulizija.
Tenna li l-fatt li l-ġuri dam mhux tort tal-Qorti u lanqas tal-prosekuzzjoni. Il-prosekutur qal ukoll li Micallef instab ħati tar-reċidiva u wieħed ma jridx jinsa l-ħsara li tagħmel id-droga liż-żgħażagħ u li s-sentenza m’għandhiex tkun lejn il-minimu.
L-Avukat Josè Herrera, li deher għal Micallef qal li dnub li l-klijent tiegħu se jkollu jeħel piena ta’ ħabs għax illum qed jagħmel ġid lill-familja tiegħu u liż-żgħażagħ bħala coach tal-football. Vera żbalja, imma dan l-aħħar rabba l-għaqal.
Tkellem dwar id-dewmien taż-żmien li l-qorti għandha tikkunsidra, xi ħaġa li l-AĠ injora. Dr. Herrera qal li l-valur tad-droga kien inqas minn 2,000 pillolka, u li l-klijent tiegħu kien se jdaħħal 8,000 ewro, mhux xi valur daqstant kbir.
Qal li din m’għandhiex tkun tpattija. Semma kif il-klijent tiegħu rabba l-għaqal u li qed imur il-quddies kull nhar ta’ Ħadd u ma’ uliedu sab il-fidi tiegħu, dan huwa aspett ta’ sens ta’ riforma. Qorti għand tuża l-klemenza, qal l-Avukat Herrera.
L-avukati Kevin Valletta, Godwin Cini u Danica Vella mexxew il-prosekuzzjoni f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri dehru f’isem David Tabone. L-avukati José Herrera u Alex Scerri Herrera qed jassistu lil Rio Micallef. L-avukati Michael Sciriha u Matthew Xuereb assistew lil Darren James Vella.