Il-forzi Iżraeljani ċċirkondaw kompletament Rafah f’Gaza, qalet l-armata nhar is-Sibt, bħala parti minn pjan imħabbar biex jokkupaw iktar żoni tal-enklava, flimkien ma’ evakwazzjonijiet fuq skala kbira tal-popolazzjoni.
L-armata Iżraeljana ħarġet għadd ta’ twissijiet lill-Palestinjani madwar Rafah minn meta rriprendiet l-operazzjonijiet f’Gaża fil-18 ta’ Marzu, u ġagħlithom jitilqu lejn spazju li dejjem qed jonqos u li hu limitat minħabba l-baħar.
L-offensiva Iżraeljana f’Gaza bdiet wara li l-grupp militanti Palestinjan Hamas attakka n-nofsinhar ta’ Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023, billi qatlu madwar 1,200 persuna u ħatfu 251, skont ċifri Iżraeljani. Minn dakinhar, aktar minn 50,000 Palestinjan inqatlu fl-offensiva, skont l-awtoritajiet tas-saħħa fl-enklava mmexxija minn Hamas.
L-Iżrael reġaw bdew l-offensiva f’Marzu wara li effettivament abbandunaw waqfien mill-ġlied li kien ilu fis-seħħ mill-bidu ta’ Jannar. L-Iżrael qed isostnu li l-kampanja se tkompli sakemm ill-59 persuna maħtufa jiġu rritornati u sakemm il-Hamas jitneħħew kompletament minn Gaza.
Hamas minn naħa tagħhom qed jgħidu li se jeħilsu lill-maħtufin biss bħala parti minn ftehim li jwassal biex jintemm il-gwerra, u ċaħad it-talbiet biex jarmi l-armi.
//= $special ?>