Ekonomija Lokali

Il-viżjoni 2050 ftit li xejn ħalliet entużjażmu fost in-nies

Huwa evidenti li l-Viżjoni 2050 li ħabbar il-Gvern fl-aħħar jiem, ftit li xejn ħalliet il-marka tagħha fost in-nies. Dan hekk kif bosta għadhom lanqas jafu li l-Gvern ressaq dan id-dokument għall-konsultazzjoni.

Net News, is-Sibt filgħodu, staqsa lin-nies li kienu fil-Belt jekk semgħux b’din il-Viżjoni u x’effett se tħalli f’ħajjithom.

Il-pjan tal-Gvern huwa ibbażat primarjament fuq is-settur finanzjarju, is-settur marittimu, it-turiżmu, il-farmaċewtika, l-avjazzjoni, il-gaming u s-settur diġitali – kollha setturi li issawru minn Gvern Nazzjonalista tul is-snin.

Sa issa, il-Viżjoni tal-Gvern għadha mingħajr miri speċifiċi. Iżda dawn se jkunu qed jitfasslu ladarba jintemm il-proċess ta’ konsultazzjoni li se jibda minn issa.

Il-Viżjoni 2050 ġie miġbura mill-konsulenti barranin Boston Consultancy Group.