Futbol Sport

Inter jibqgħu jirbħu

(Ritratt: EPA)

Inter kisbu rebħa mportanti fit-triq tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat meta għelbu lil Cagliari 3-1. Marko Arnautovic poġġa lil Inter fil-vantaġġ wara 13-il minuta. Lautaro Martinez għamilhom 2-0 ftit tal-ħin wara. Roberto Piccoli naqqas l-iskor fit-48 minuta filwaqt li Yann Bisseck għamel l-iskor finali 3-1.

Rebħa wkoll importanti għal Juventus meta għelbu lil Lecce 2-1. Gowls ta’ Teun Koopmeiners u Kenan Yildiz fl-ewwel taqsima taw vantaġġ doppju lil Juventus. Lecce naqsu l-iskor lejn it-tmiem permezz ta’ Federico Baschirotto.

Venezia kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Monza bil-gowl deċiżiv ikun skorjat minn Daniel Fila fit-72 minuta.