Internazzjonali

Isseħħ splużjoni fiċ-ċentru ta’ Ateni wara twissija anonima

Kmieni s-Sibt filgħodu seħħet splużjoni fiċ-ċentru ta’ Ateni, qrib l-uffiċċji tal-kumpanija ferrovjarja Griega, Hellenic Train.

Filmat mill-kameras tas-sigurtà juri l-mument meta l-isplużjoni dehret tisplodi f’backpack, li skont xi rapporti kien tħalla barra l-bini tal-uffiċini tard il-Ġimgħa filgħaxija.

Il-Pulizija qalet li diversi mezzi tal-aħbarijiet Griegi  rċevew sejħiet anonimi biex iwissu dwar l-attakk, li seħħ qrib waħda mill-aktar toroq traffikati tal-kapital.

Il-Ministru tat-Trasport tal-Greċja ikkundanna dan l-att bħala atti kriminali, li poġġiet il-ħajja tan-nies f’riskju.

Xi mezzi tal-aħbarijiet li rċevew is-sejħa li fiha ngħad li l-apparat splussiv apparentement kien qiegħed f’backpack magħluq b’katnazz u mqiegħed fuq scooter mingħajr numri tar-reġistrazzjoni.

Skont l-istess rapporti, l-iskwadra tal-Pulizija għall-isplużjonijiet waslet tard wisq hekk kif l-apparat leħaq sploda.

Hellenic Train ikkonfermat li ħadd mill-impjegati jew minn dawk li kienu għaddejjin mill-inħawi ma weġġa’, u li l-isplużjoni kkawżat ħsarat materjali limitati. Ma ġew irrappurtati l-ebda vittmi jew midruba.

Għalkemm il-kawża eżatta tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa, dan l-inċident seħħ fi klima ta’ rabja pubblika kbira li ilha tħakkem il-pajjiż wara inċident ferrovjarju traġiku li seħħ aktar minn sentejn ilu.