Il-ħasda fost dawk l-eqreb ta’ Chantalle Gauci għadha tinħass sew. Ħafna għadhom ma jistgħux jemmnu kif tilfu lil din l-omm ta’ 38 sena f’inċident tant sfortunat li seħħ lejlet id-Duluri f’San Ġiljan.
Qraba u ħbieb ta’ Chantalle, fl-aħħar jiem żaru l-post fejn tilfet ħajjitha biex poġġew fjuri, noti u xemgħat b’memorja għal ħajjitha. Fi Triq l-Arċisqof Romero kien jispikka s-skiet, b’sens ta’ niket minn dawk kollha li għaddew minn ħdejn din it-triq fejn seħħet din id-disgrazzja.
Chantalle tilfet ħajjitha wara li allegatament nesiet ittella’ l-handbreak, b’riżultat li l-karozza niżlet lura għal fuqha wara li ħarġet mill-vettura. Sfortunatament, hi nqabdet taħt il-karozza tagħha stess u spiċċat tilfet ħajjitha fil-post.
Fil-karozza kien hemm bintha ta’ 6 snin li ma sofriet mill-ebda ġrieħi.
//= $special ?>