Liverpool jinsabu biss tliet rebħiet biss bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat wara li Arsenal kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Brentford. Kien Thomas Partey fit-tieni taqsima li poġġa lill-Gunners fil-vantaġġ. Brentford ġabu l-iskor indaqs fl-74 minuta permezz ta’ Yoane Wissa.
Rebħa kbira ta’ 5-2 għal Manchester City fuq Crystal Palace. Kienu Palace li fetħu vantaġġ doppju permezz ta’ Eberechi Eze u Chris Richards. Manchester City wettqu reazzjoni u naqsu l-iskor permezz ta’ Kevin De Bruyne. Omar Marmoush ġab l-iskor indaqs fis-36 minuta. Manchester City marru fil-vantaġġ fis-47 minuta permezz ta’ Mateo Kovacic qabel ma’ gowls minn James McAtee u Nico O’Reilly aċċertaw minn tliet punti għat-tim ta’ Pep Guardiola.
Draw ta’ 2-2 bejn Brighton u Leicester. Joao Pedro poġġa lil Brighton fil-vantaġġ fil-31 minuta permezz ta’ penalty. Stephy Mavididi ġab l-iskor indaqs fit-38 minuta. Joao Pedro għal darb’oħra permezz ta’ penalty għamel l-iskor 2-1 għal Brighton. Leicester għamlu l-iskor 2-2 b’gowl minn Caleb Okoli.
Rebħa minima ta’ 1-0 minn Everton fuq Nottingham Forest. Il-gowl deċiżiv wasal fl-aħħar sekondi tal-partita permezz ta’ Abdoulaye Doucoure.
Rebħa komda ta’ 3-0 għal Aston Villa barra minn darhom għand Southampton. Il-gowls ta’ Villa kienu skorjati minn Ollie Watkins, Donyell Malen u John McGinn.
//= $special ?>