Internazzjonali

Taħdit nukleari bejn l-Istati Uniti u l-Iran jibdew f’Oman

Taħditiet bejn l-Istati Uniti u l-Iran dwar il-programm nukleari tal-Iran bdew f’Muscat, il-kapitali ta’ Oman. Il-President Amerikan Donald Trump kien irtira lill-Istati Uniti mill-ftehim nukleari preċedenti bejn l-Iran u l-poteri dinjija fl-2018, u ilu jgħid li kien se jifformula ftehim aħjar. Sa issa, l-Iran kien ċaħad kwalunkwe negozjar mill-ġdid tal-ftehim.

It-taħditiet il-ġodda qed jitqiesu bħala l-ewwel pass importanti biex jiġi stabbilit jekk hux possibbli li jintlaħaq ftehim, bil-laqgħat ta’ nhar is-Sibt mistennija jiffukaw fuq l-istabbiliment ta’ qafas għan-negozjati.

L-inviat tal-President Trump, Steve Witkoff, li qed imexxi d-delegazzjoni Amerikana, tkellem biss dwar il-ħtieġa ta’ laqgħat wiċċ imb wiċċ. Iżda l-kwistjoni l-aktar importanti tibqa’ x’tip ta’ ftehim iż-żewġ naħat ikunu lesti jaċċettaw. Il-President Trump għamel biss dikjarazzjoni waħda ċara: l-Iran ma jistax ikollu arma nukleari.

L-Iran jittama li jintlaħaq ftehim li jillimita – imma mhux iwaqqa’ għal kollox – il-programm nukleari tiegħu, bi skambju għal tneħħija tas-sanzjonijiet.

L-Iran jinsisti li l-attivitajiet nukleari tiegħu huma kompletament paċifiċi u li qatt ma jkun qed ifittex li jiżviluppa jew jikseb armi nukleari.