Il-klabb ta’ Valletta FC huwa uffiċjalment rebbieħ ta’ challenge league wara rebħa ta’ 3-0 kontra Marsa fc wara li aċċertaw mill-promozzjoni għall-Malta Premier, b’erba’ partiti mit-tmiem tal-Kampjonat.
Għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, Valletta FC għażlu l-islogan #WeAreBack, hekk kif il-Beltin se jkunu qed jimmarkaw ir-ritorn tagħhom fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti, sena biss wara li sfaw relegati għall-ewwel darba għaċ-Challenge Leauge.
Iċ-ċelebrazzjonijiet se jkomplu fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta mis-19:00 ‘l quddiem, “b’festa li l-partitarji tal-Belt biss jafu jagħmlu,”. Ic-celebrazzjonijiet mistennija jigbdu folol kbar hekk kif din mistennija tkun serata memorabbli fil-Kapitali.
//= $special ?>