Sport Sport Ieħor

Volleyball – Riżultati pożittivi għal Malta fil-kampjonat Ewropew

It-tim Nazzjonali tal-Volleyball ta' taħt it-18-il sena

F’dawn il-jiem Malta qed tospita l-kampjonat Ewropew tal-Volleyball tat-tfajliet taħt it-tmintax -il sena. Dan hu organizzat fil-kumpless sportiv tal-Kottonera mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Qiegħed jieħdu sehem sitt teams u barra Malta hemm ukoll l-Irlanda, Monaco, l-Irlanda ta’ Fuq, San Marino u l-iSkozja. Dawn kienu maqsumin f’żewġ gruppi. 

It-team nazzjonali Malti hu mmexxi mill-coach nazzjonali, il-Montenegrin Pavle Drecun. 

Pool A 

Irlanda 3-2 Monaco 

Malta 3-1 Irlanda 

Monaco 0-3 Malta 

Pool B 

Irlanda ta’ Fuq 0-3 San Marino 

San Marino 3-0 Skozja 

Skozja 1-3 Irlanda ta’ Fuq

Għas-semi finali għaddew Irlanda, San Marino, Malta u l-Irlanda ta’ Fuq. 

Jekk Malta tirbaħ din il-partita kontra l-Irlanda ta’ Fuq li tibda fis-7pm, il-Ħadd tilgħab fil-finali li tibda fit-3.30pm.  Inħeġġu lill-pubbliku sportiv Malti biex jattendi u jagħti l-appoġġ tiegħu lit-team Malti. 

Semi Finali is-Sibt

Irlanda 0-3 San Marino

Malta  3-0  Irlanda ta’ Fuq