Sport Sport Ieħor

Dats So Cool inaqqax ismu fuq it-Tazza l-Kbira

(Ritratt: Malta Racing Club)

Kenneth Vella

Misjuq minn Jesmar Gafa’, l-Iżvediż Dats So Cool irnexxilu jnaqqax ismu fuq il-prestiġjuża Tazza l-Kbira. Dan meta l-Ħadd saret il-finali ta’ din is-sena miftuħa għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Din il-finali, organizzata bl-għajnuna ta’ Bank Of Valletta għamlet parti mis-sittax -il laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Kif mistenni, Dats So Cool (Jesmar Gafa’) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ minimu minn Isabelle Sisu (Nathaniel Barbara) u First Des Charrons (Noel Baldacchino). Iż-żiemel ta’ Gafa’ żamm l-ewwel post sat-tmiem u qasam il-linja finali l-ewwel wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Al Capone Stecca (Carl Caruana) u Extra Du Chatelet (Charles Camilleri). Velvet Gio (Rodney Gatt) temm fir-raba’ post quddiem Galago Du Cadran (Paul Galea).   

Fi tmiem il-finali, is-Sur Kenneth Farrugia, f’isem Bank Of Valletta, ippremja lil Steve Farrugia u Jesmar Gafa’ is-sid u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza tal-Ministru Clifton Grima u l-uffiċjali ta’ Malta Equidrome, Malta Racing Club u Equestri Malta. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.13.3” fil-kilometru li hu rekord tat-tiġrija. Ta’ min wieħed jinnota li din kienet ukoll l-ewwel rebħa ta’ Jesmar Gafa’ f’din il-kompetizzjoni prestiġjuża.

Intant laqgħa oħra saret ukoll is-Sibt wara nofsinhar. Din ukoll inkludiet tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Hawnhekk, El Greco Bello (Ludvic Ghigo) li kien għal ħafna ħin quddiem, inqabeż f’nofs id-dritta finali minn Diablo D’Herfraie (Rodney Gatt). Kennedy (Charles Camilleri) u Sahara Peyote (Jason Vassallo) daħlu warajhom f’dik l-ordni. Għal Diablo D’Herfraie din kienet l-ewwel rebħa tas-sena.

Ir-rebbieħa kollha

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. King Of Terrail (Ch. Camilleri) Ħin – 3.24” (1.17.3”) 2. Elvis Des Pignes (A. Cassar) 3. Influx Du Parc (R. Briffa) 4. Easy Magic (T. Demanuele)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Vasterbo Cobber (Ch. Camilleri) Ħin – 3.26.3” (1.18.1”) 2. Llama Tooma (J. Vassallo) 3. Stens Wille (D. Cortis) 4. Ice Dream Keruzoc (Cherise Farrugia)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Dencos Miss Caruso (J. Gafa’) Ħin – 3.24.7” (1.17.5”) 2. Caline De Mai Capo (R. Gatt) 3. Half Tege (P. Spiteri) 4. High Hope Laday (E. Bezzina)

IV Tiġrija. Semifinali Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Vincent As (O. Briffa) Ħin – 3.18.9” (1.15.3”) 2. Cruise (P. Galea) 3. Liza Bore (Ch. Camilleri) 4. Fosbury Zet (N. Baldacchino)

V Tiġrija. Semifinali Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Awesome Kronos (N. Baldacchino) Ħin – 3.17.5” (1.14.8”) 2. Dynamit Life (K. Galea) 3. Floralyse D’Authou (P. Galea) 4. First Dream (R. Magro) 

VI Tiġrija. Semifinali Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Caucasien (N. Baldacchino) Ħin – 3.18.2” (1.15.1”) 2. Gazou Piquenard (E. Bondin) 3. Serious Sam (C. Gauci) 4. Epiphane (D. Baldacchino)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Diablo D’Herfraie (R. Gatt) Ħin – 3.17.4” (1.14.8”) 2. El Greco Bello (L. Ghigo) 3. Kennedy (Ch. Camilleri) 4. Sahara Peyote (J. Vassallo)

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Garry Thoris (P. Spiteri) Ħin – 3.20.1” (1.15.8”) 2. En Choeur Ferfay (J. Schembri) 3. Far West De Chenu (J. Zammit) 4. Mellby Drake (J. Spiteri)

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Hippolyte De Bois (R. Gatt) Ħin – 3.28” (1.18.8”) 2. Jasmin De Coulamer (C. Farrugia) 3. Jewel Glory (J. Axisa) 4. Invictus Boy (C. Vassallo)

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Mojo Express (R. Gatt) Ħin – 3.20.8” (1.16.1”) 2. Goldenboy Du Chenu (P. Galea) 3. Zidane D.E. (Ch. Grech) 4. Cekito De Jupilles (R. Magro)

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Surf’N Turf (Ch. Camilleri) Ħin – 3.20” (1.15.8”) 2. Gigantic Star (J. Farrugia) 3. Arno Dell’Est (P. Galea) 4. Doudou De Bouere (J.C. Pace)  

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Hoquey Demarlotte (R. Gatt) Ħin – 3.26.7” (1.18.3”) 2. Utter Southwind (D. Cortis) 3. First Des Pleignes (V. Ghigo) 4. Fille Fingal (A. Cassar)

V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Boss Crowns (N. Baldacchino) Ħin – 3.25.5” (1.17.8”) 2. Express Novo (I. Galea) 3. Fangio Du Bocage (C. Caruana) 4. Cadol De La Noemie (D. Baldacchino)

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m 1. Galway Du Vivier (Cherise Farrugia) Ħin – 3.18.9” (1.15.3”) 2. Derby Chevaleraie (Ch. Camilleri) 3. Arachis PR (D. Casha) 4. Ganymed De Corbery (C. Caruana)

VII Tiġrija. Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Dats So Cool (J. Gafa’) Ħin – 3.13.4” (1.13.3”) 2. Al Capone Stecca (C. Caruana) 3. Extra Du Chatelet (Ch. Camilleri) 4. Velvet Gio (R. Gatt) 5. Galago Du Cadran (P. Galea)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Diamant Du Sam (F. Mallia) Ħin – 3.23.4” (1.17.1”) 2. Satellit L.A. (R. Gatt) 3. Gigaro AM (J. Gafa’) 4. Enclos (J. Spiteri)