Futbol Sport

Draw fid-Derby della Capitale

(Ritratt: EPA)

Atalanta kisbu rebħa importanti kontra avversarju dirett għall-post mal-ewwel erbgħa meta għelbu lil Bologna 2-0.

Mateo Retegui fetaħ l-iskor wara biss 3 minuti minn assist ta’ Bellanova, qabel Mario Pasaic irdoppja l-iskor fil-21 minuta, b’La Dea jitilgħu fit-tielet post b’dan ir-riżultat.

Intant, żewġ draws ta’ bla gowls fil-partita l-oħra tat-3pm. Fiorentina ġew miżmuma minn Parma, filwaqt li Hellas Verona u Genoa kisbu punt tajjeb biex ikomplu jitbiegħdu miz-zona ‘l ħamra.

Como kisbu rebħa tajba ta’ 1-0 kontra Torino biex komplew jitbiegħdu miz-zona tar-relegazzjoni.
Il-gowl tar-rebħa jasal minn Anastasios Douvikas fit-38 minuta.

Id-Derby della Capitale ntemmet fi draw ta’ 1-1 hekk kif Lazio fallew milli jitilgħu mal-ewwel erbgħa tal-klassifika minkejja li ħadu l-vantaġġ l-ewwel permezz ta’ daqqa ta’ ras b’saħħita ta’ Alessandro Romagnoli fis-47 minuta.
Matias Soule skorja gowl mill-isbaħ b’xutt minn kważi 30 metru ‘l bogħod bl-Arġentin jolqot il-mindunda u l-ballun jaħbat mal-art u jerġa’ joħroġ, bir-Referee jivverifika l-gowl permezz tal-Goal Line Technology.