Lokali

Ħabta bejn żewġ vetturi f’Kennedy Grove

It-tieni inċident fl-akwata tal-Coast Road, din id-darba f’Kennedy Grove.

Għall-ħabta tal-5:15pm, jidher illi seħħet ħabta bejn żewġ vetturi f’Kennedy Grove, fejn ittieħdu ambulanza u tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassessjaw lil dawk involuti.

Fil-post hemm ukoll uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ineħħu l-periklu mit-triq minħabba tixrid ta’ żejt.

Għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ dawk involuti