Għodwa ta’ festa, għaqda u ta’ ġabra ekk kif il-Malta Autism Centre organizza attività sabeix titqajjem aktar kuxjenza għal kundizzjoni tal-Awtiżmu.
L-attività kienet organizzata fl-Oak Tree Circle fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali bil-għan li jitqajjem aktar għarfien dwar din il-kundizzjoni, filwaqt li kienet ċelebrata wkoll ir-reżiljenza u l-kisbiet ta’ dawn l-individwi.
Għal din l-attività attendiet is-Sinjura AnneMarie Grech akkumpanjata mix-Shadow Minister Graziella Galea, responsabbli mill-inklużjoni u s-settur volontarjat.
It-tema għal din is-sena kienet “When inclusion becomes an illusion” – meta l-inklużjoni issir illużjoni.
Kienu bosta dawk li avviċinawhom fejn ġew diskussi x’inhuma l-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ persuni awtistiċi, filwaqt li kienu diversi l-persuni li qasmu magħhom l-isfidi li ta’ kuljum ikollhom jaffaċċjaw.
Dan filwaqt li l-ġurnata kienet waħda varjata mhux biss permezz ta’ attivitajiet iżda wkoll bi preżentazzjonijiet minn speċjalisti fil-qasam u wirjiet minn artisti lokali.
//= $special ?>