Il-funeral tal-omm li tilfet ħajjitha nhar il-Ħamis illi għadda, se jsir nhar it-Tlieta 15 ta’ April f’San Ġiljan fid-9 ta’ filgħodu.
Chantalle Gauci se tkun qed tingħata l-aħħar tislima, fil-Knisja ta’ San Ġiljan – wara li nhar il-Ħamis li għadda tilfet ħajjitha b’mod traġiku.
Chantalle, li kellha 38 sena, tilfet ħajjitha fi Triq Birkirkara kantuniera ma’ Triq l-Arċisqof Romero, pass ‘l bogħod mir-residenza tagħha.
Qed jingħad illi l-karozza mxiet lura, bil-konsegwenza li l-mara inqabdet taħtha. Fil-ħin tal-inċident kien hemm it-tifla tal-vittma li għandha 6 snin.
Il-Maġistrat Anthony Agius Bonnici għaddej b’inkjesta…bil-ġisem tal-vittma jiġi rrillaxxat biex b’hekk Chantalle tingħata l-aħħar tislima.
//= $special ?>