Fi Pjazza San Pietru fi tmiem il-Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm li saret fil-Vatikan il-Papa Franġisku għamel l-ewwel dehra tiegħu mingħajr il-maskra tal-ossiġnu….sinjal li jimmarka li l-qagħda fiżika tal-Papa qed tmur għall-aħjar.
Il-Papa sellem lil eluf ta’ persuni li nġabru f’din il-Pjazza, fejn awgura l-Ħadd il-Palm u l-Ġimgħa Mqaddsa t-tajba lil dawk kollha preżenti, fost il-ferħ u t-tbissima kbira tan-nies miġbura.
Skont stqarrija maħruġa mill-Vatikan, aktar minn għoxrin elf persuna kienu preżenti għal din ċ-ċelebrazzjoni li tagħti bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa.
Din tmexxiet mill-Kardinal Leonardo Sandri f’isem il-Papa.
Fl-omelija tal-Papa li ġiet indirizzata mill-Kardinal Sandri, kienet enfassizata t-tama qabel it-tbatija.
Barra minn hekk, kien irrimarkat li hemm ħafna ‘Ċirinej’ li jġorru s-salib ta’ Kristu, bħal dawk li jbatu l-konsegwenzi tal-gwerra u l-faqar.
Huwa sejjaħ lill-insara kollha biex nagħrfu din ir-realtà u nuru solidarjetà magħhom.
//= $special ?>